Tard is-Sibt filgħaxija l-Pulizija sabet mara anzjana ta’ 83 sena qawwija u sħiħa wara li ntilfet waqt li kienet qed timxi fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-22:00 meta l-anzjana ċemplet xi qraba tagħha li kienet mitlufa u għarrfithom ukoll li l-mobile kien se jintefa mingħajr batterija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara tfittxija intensiva l-mara instabet ħames sigħat għall-ħabta tas-02:00 fuq irdum fi Triq Dun Belin Azzopardi. Ambulanza u tim mediku li kienu fuq il-post taw l-ewwel kura medika lill-mara madankollu hija ma kienet sofriet l-ebda ġrieħi