It-tfittxija għaż-żagħżugħ li qatel tlettax-il persuna f’Barċellona l-Ħamis li għadda nstab. Dan hekk kif il-Pulizija kkonfermat li huwa nqatel fi sparatura mill-Pulizija fil-Punent ta’ Barċellona stess. Jidher li Younes Abouyaaqoub ta’ 22 sena kien liebes ċintorin tal-isplussiv fil-ħin li nstab mill-Pulizija. Qed jiġi rrapportat ukoll li ż-żagħżugħ beda jgħajjat Allah hu Akbar meta beda jaffaċċja lill-Pulizija.
Il-Pulizija kienet qed tfittex lil Younes li huwa ta’ nisel Marokkin wara l-attakk terroristiku f’Las Ramblas f’Barċellona meta saq van għal fuq il-folla.
Kien aktar kmieni li l-Pulizija Spanjola kkonfermat l-identità tas-sewwieq, dan grazzi għal filmat ġdid tac-CCTV li juri lis-sewwieq jaħrab mix-xena tal-attakk bil-pass.
Il-Pulizija kienet qed tinvestiga ukoll il-possibiltà li madwar disgħin minuta wara l-attakk f’Las Ramblas, is-suspettat ta daqqiet ta’ sikkina u qatel raġel Spanjol huwa u jisraqlu l-karozza.