Fi stqarrija l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK, qalet kif ftit tal-ġranet biss wara li ġie rrapurtat il-vandaliżmu u l-ħsara li saret ġewwa r-riserva tal-Aħrax tal-Mellieħa, uffiċjali tal-Pulizija mill-Environmental Protection Unit (EPU) ħarrku diversi persuni b’rabta mal-vandaliżmu u ħsara li sar fuq is-siġar.
L-FKNK qalet ukoll kif b’rabta ma’ dan il-Pulizija se tressaq xi nies il-Qorti.
L-FKNK kienet ippublikat ritratti li juru l-ħsara li saret fuq diversi siġar, serq ta’ tabelli li kienu mwaħħlin mill-awtoritajiet u żibel sparpaljat ma’ kullimkien.
Fl-istqarrija hija rringrazzjat lill-uffiċjali tal-Pulizija għax-xogħol siewi u l-azzjonijiet li ttieħdu f’waqthom.