Fil-Ġermanja għaddejja tfittxija għal żagħżugħ ta’ dsatax-il sena li allegatament qatel il-ġar tiegħu li kellu biss disa’ snin. Iż-żagħżugħ mhux biss ta daqqiet ta’ sikkina lit-tifel iżda poġġa filmat tal-mument li qatel iċ-ċkejken fuq dik li hija msejjħa bħala dark web, parti sigrieta fl-internet fejn jinbiegħu pistoli, drogi flimkien ma’ ritratti u filmati ta’ abbuż tat-tfal.
Filfatt kienet persuna li għandha aċċess għal din il-parti tal-internet li għaddiet informazzjoni lill-Pulizija. Il-katavru tat-tifel instab f’kantina tal-inbid f’residenza f’Herne. Il-Pulizija qed tavża li ż-żagħżugħ huwa x’aktarx armat.
Bħalissa qed issir tfittxija mill-awtoritajiet Ġermaniżi fiż-żona industrijali ta’ Ruhr. Rapporti qed jgħidu li ż-żagħżugħ li qed jiġi mfittex jippratika l-arti marzjali.