Il-Pulizija qed tfittex raġel b’rabta ma’ serqa ta’ ammont ta’ flus minn ħanut f’San Pawl il-Baħar.
Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa u nofsta’ filgħaxija, seħħet is-serqa minn ħanut tal-merċa fi Triq ix-Xitwa. Raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata, mara ta’ 52 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marse-Ann Farrugia LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin