Il-Pulizija bħalissa għaddejja bi tfittxija għal raġel li lbieraħ seraq ammont ta’ flus kontanti minn ħanut f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-22.00 f’ħanut li jinsab fi Pjazza Antoine De Paul.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 50 sena.