Ninsabu informati li f’Birżebbugia, persuna li ngħatat ċitazzjoni minn warden spiċċat aggredietu, serqitlu l-apparat u saqet ‘l hemm.
L-inċident seħħ fis-14:15 għall-inħawi tal-Qajjenza. Il-warden ma weġġax iżda naturalment sofra qatgħa.
Min għandu xi informazzjoni mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija.
Dan huwa t-tieni inċident fil-konfront ta’ warden dawn l-aħħar jiem.