Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal ħalliel li wettaq serqa minn ħanut tal-logħob li jinsab fi Triq il-Qroll f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u kwart, meta raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata, Taljana ta’ tlieta u għoxrin sena.
L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
L-impjegata ma weġġgħetx.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.