Xogħol il-Pulizija mhuwiex biss li jħarrek u jħares il-liġi iżda li jipprova jgħin lil għajru.
Qal dan il-Ministru għall-Interm Byron Camilleri b’rabta ma’ dak li ġara dalgħodu fil-ġnien ta’ Hastings, fil-Belt fejn raġel tela’ fit-tarf tas-sur u deher aġitat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’xorti tajba, il-Pulizija li kienu fuq il-post irnexxielhom jikkalmawh u aktar tard ittieħed l-isptar, għal aktar kura.
Filmati oħra wrew persuni li bdew jgħaddu kummenti insensittivi fil-konfront tar-raġel.
Il-Ministru Camilleri sostna li episodji bħal dawn għandhom jgħallmuna fuq il-valuri tal-umanità, tar-rispett, tas-solidarjetà u l-ħtieġa li nifhmu u nagħdru.
Ritratt mill-filmat tat-Times