F’Ruma, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri flimkien mal-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Piantedosi, ippresjeda l-iffirmar ta’ ftehim bejn il-Korp tal-Pulizija Malti u d-Dipartiment għas-Sigurtà Pubblika Taljan. Dan il-ftehim għandu l-għan li jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-pulizija taż-żewġ pajjiżi.
Il-ftehim jiffoka fuq il-prevenzjoni u l-ġdieda kontra l-kriminalità organizzata u serja. Dan il-ftehim se jwassal għal aktar skambju ta’ informazzjoni u inizjattivi ta’ interess komuni. Dan flimkien ma’ aktar opportunitajiet ta’ taħriġ, fosthom permezz ta’ korsijiet u attivitajiet ta’ taħriġ kif meħtieġ miż-żewġ partijiet.
Il-Ministru Byron Camilleri qal li r-relazzjoni ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fuq materji relatati mal-Pulizija wasslu għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim li huwa xhieda tal-fiduċja bejn iż-żewġ pajjiżi.
“Iffirmajna wkoll ftehim li se jkompli jsaħħaħ dik ir-relazzjoni, speċjalment sabiex nattakkaw il-kriminalità organizzata bejn iż-żewġ pajjiżi, flimkien anki ma’ diversi ftehimiet oħrajn u anki l-mod kif naħdmu flimkien, speċjalment sabiex nattakkaw l-ismugglers u fejn jidħol l-immigrazzjoni rregolari. B’dan il-mod qed insaħħu din ir-relazzjoni, kif ukoll inġibu aktar riżultati.”
Ministru Byron Camilleri
Min-naħa tiegħu, il-Ministru tal-Intern Taljan esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim, li fi kliemu se jagħmel is-sinerġija u l-koperazzjoni fi kwistjonijiet ta’ sigurtà, saħansitra aktar effettivi.
F’isem Malta, iffirma dan il-ftehim ta’ koperazzjoni l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà.