Il-Pulizija Maltija ċaħdet allegazzjonijiet li għamlet Maria Efimova. Dan b’referenza għal artikli li ġew ippubblikati fil-midja fejn Maria Efimova allegat li waqt l-interrogazzjoni li saret f’Malta lura f’Awwissu tal-2016, żewġ Pulizija trattawha ħażin, imbuttawha, u ħadulha l-mowbajl filwaqt li preżenti waqt l-interrogazzjoni kien hemm żewġ membri eżekuttivi tal-Bank Pilatus.
Efimova allegat ukoll li waqt l-imsemmija interrogazzjoni, l-uffiċjali tal-Pulizija poġġewha taħt pressjoni sabiex tiskuża ruħha mal-eżekuttivi tal-bank.
Il-Pulizija Maltija ċaħdet b’mod kategoriku għall-allegazzjonijiet kollha li għamlet Efimova filwaqt li ċaħdet ukoll li kien hemm rappreżentanti tal-bank waqt l-interrogazzjoni.