B’referenza għal rapporti li dehru fuq xi mezzi tal-midja, li qed jirrapurtaw li l-Pulizija Maltija talbet għall-estradizzjoni ta’ Darren Debono, il-Korp tal-Pulizija ikkjarifika li ma saret l-ebda talba ta’ dan it-tip min-naħa tal-Pulizija Maltija.
Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet dwar il-każ tal-kuntrabandu taż-żejt għadhom għaddejjin.