L-uffiċjal tal-Pulizija li qed jaffaċċja akkużi b’rabta mal-mewt ta’ George Floyd ma kienx imħarreġ biex juża irkopptu biex iżomm persuna waqt l-arrest. Dan ħareġ minn xhud fil-każ li bħalissa qed jinstema’ f’Minneapolis, fejn l-eks uffiċjal tal-Pulizija Derek Chauvin qed ikun akkużat bil-qtil tal-Afrikan Amerikan f’Mejju li għadda.
F’filmat li kien ixxandar dak iż-żmien u li għad hemm aċċess għalih anke llum, Chauvin jidher iżommm lil Floyd mal-art b’irkopptu m’għonqu għal aktar minn disa’ minuti.
Hu qed jiċħad l-akkużi miġjuba kontrih.