Jekk biex tmur għax-xogħol filgħodu tgħaddi minn fejn il-monument tal-Indipendenza, fil-Furjana, żgur li xi darba tinzerta lill-Ivonne, pulizija li tkun qed tmexxi t-traffiku fil-ħinijiet bikrin.
Din hija pulizija kariżmatika li tbiddel il-burdati ta’ ħafna nies u li dan l-aħħar giet mfaħħhra mill-pubbliku għall-mod kif taħdem. Dan wassal biex morna niskopru min hi.