Il-Pulizija reġjonali ta’ York fil-Kanada rringrazzjat li d-Dipartiment tad-Dwana u l-Pulizija Maltija, fost oħrajn.
Dan wara li tat sehemha fis-sejba ta’ tmienja u tmenin karozza misruqa, li l-valur tagħhom jammonta għal iktar minn ħames miljun dollaru.
Il-Pulizija Kanadiża qalet li rnexxielha tarresta disa’ persuni li kienu involuti f’dan is-serq ta’ karozzi, li mbagħad jittieħdu barra mill-pajjiż u jinbiegħu. Tliet persuni minnhom kienu arrestati f’Quebec u nħarġu tlieta u ħamsin akkuża.
Il-Pulizija Kanadiża qalet li dawn il-ħallelin kienu jużaw turnaviti biex jidħlu mill-bieba tax-xuffier jew tal-passiġġier. Filwaqt li jagħmlu ċert li ma jdoqqx l-allarm, iwaħħlu apparat elettroniku li normalment jintuża biex jissettja mill-ġdid il-programm tal-karozza. B’hekk il-karozza tkun tista’ tintuża b’ċavetta ġdida.