Tard is-Sibt filgħaxija, il-Pulizija ġew imsejħa biex jassistu fil-limiti ta’ Selmun, wara rapporti ta’ party illegali b’temi sataniċi li għalih kienu qed jattendu madwar mitt ruħ.
Fuq il-post assistew uffiċjali tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett, li ħadu d-dettalji tal-persuni preżenti u ordnaw li jieqaf il-party.
ONE News żar iż-żona l-Ħadd filgħodu, fejn kien għad hemm affarijiet li ntużaw f’dan il-party, fosthom tejp mal-ħajt li seta’ ntuża għal atti sataniċi, spray taparsi demm, pentagrams impinġija mal-ħitan, u fliexken tax-xorb mal-art.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.