Il-Pulizija ta’ Norfolk qalet li tkellmet mad-Duka ta’ Edinburgh wara li ħarġu r-ritratti fejn jidher li beda jsuq mingħajr seatbelt, 48 siegħa biss wara li kien involut f’inċident iktar kmieni din il-ġimgħa.
Sadanittant, Emma Fairweather, li kisret il-polz fl-inċident qalet li d-Duka ma talabiex apoloġija.
Kelliem tal-Palazz qal li kien hemm kuntatt man-nies li kienu fil-karozza wara l-inċident.
L-inċident tal-Prinċep Philip f’ Sandringham, fejn inqalbet il-Land Rover ġrat il-Ħamis li għadda.
Jumejn wara l-inċident id-Duka ta’ Edinburgh li għandu 97 sena, deher isuq f’Sandringham f’Land Rover ġdida mingħajr seatbelt.
Kelliema tal-Pulizija ta’ Norfolk qalet li tkellmet mal-Prinċep Philip.