Fit-triq fejn il-bieraħ instabet bomba l-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom billi qed iħabbtu sabiex jistaqsu lill-ġirien jekk ġietx osservata xi attivita suspettuża.
Il-post fejn il-Mitsubishi Shogun ta’ Mario Scicluna kien ipparkjat għadu vakanti u l-marki taż-żejt li ħareġ mill-vann għadhom jidhru mtebba’ fuq it-tarmac. Intant fit-triq fejn twaħħlet il-bomba hemm bosta garaxxijiet li għandhom installati kameras tas-sigurta’. Dawn jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-esperti forensiċi tal-Korp tal-Pulizija.