Dalgħodu membri mill-Korp tal-Pulizija komplew jagħmlu diversi spezzjonijiet fit-toroq.
Dan hekk kif dalgħodu l-Pulizija tal-Komunità flimkien ma’ dawk tat-Traffiku wettqu spezzjonijiet fi Triq Louis Wettinger, fil-Mellieħa jew kif inhi magħrufa l-aktar bħala l-Bypass tal-Mellieħa.
Dan intqal mill-Pulizija fuq il-midja soċjali.
Hawnhekk il-pulizija waqqfu madwar 60 vettura u ngħataw 22 kontravvenzjoni tat-traffiku.