Il-Pulizija Ingliża sparat tiri lejn mara u erba’ persuni oħra ġew arrestati. Dan wara operazzjoni mill-Pulizija li taħdem kontra t-terroriżmu fit-tramuntana ta’ Londra. Residenti qalu mal-mezzi tax-xandir li semgħu tiri u raw uffiċjali armati fuq il-bjut tad-djar f’Willesden ilbieraħ filgħaxija. Hu mifhum li l-operazzjoni m’għandhiex x’taqsam mar-raġel li nqaba iġorr basket mimli skieken f’Westminster aktar kmieni lbieraħ ukoll.