Il-Pulizija Ingliża ppubblikat ritratti ta’ żewġt irġiel li qed ikunu mfittxija b’rabta mal-kommossjoni li nqalgħet il-Ġimgħa filgħaxija f’Oxford Street.
Kommossjoni li kawża tagħha, sittax-il persuna sofrew xi ġrieħi wara rapporti li nstemgħu tiri minn arma tan-nar. Rapporti li ġew miċħuda mill-Pulizija.
L-Uffiċjali Ingliżi qed ikelmu lil kull minn kien fl-istazzjon tal-ferrovija t’Oxford Circus fil-ħin li saret l-evakwazzjoni.
Għal xi ħin, l-istazzjonijiet ta’ Oxford Circus u Bond Street kienu magħluqin għall-pubbliku, u n-nies f’Oxford Street kienu ordnati jsibu kenn fil-ħwienet u ma joħorġux minn djarhom.
Ir-rispons tal-Pulizija l-Ġimgħa filgħaxija kien immedjat u daqslikieku l-inċident kien wieħed terroristiku.