Il-Pulizija Ingliża bdiet tinvestiga n-numru ta’ festini li saru f’Downing Street waqt il-lockdown fir-Renju Unit.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kummissarju Cressida Dick qalet f’dawn il-każijiet hemm potenzjalment ksur tar-regolamenti tal-Covid-19.
Din tħabbret wara li l-midja Ingliża allegat li sar festin ieħor f’Ġunju tal-2020, biex jiċċelebraw għeluq snin il-Prim Ministru Boris Johnson.
Downing Street ikkonferma din l-aħbar.
Intqal kif dan il-festin għal għeluq snin Boris Johnson sar meta l-pajjiż kien f’lockdown.