Il-qtil tal-Membru Parlamentari Ingliż, David Amess ġie ddikjarat mill-pulzija Ingliża bħala attak terroristiku. Infatti, l-pulizija qalet li potenzjalment l-attakk kellu motivazzjoni marbuta mal-estremiżmu Iżlamiku.
Huwa nqatel b’numru ta’ daqqiet ta’ sikkina waqt li kien qed jiltaqa’ mal-kostitwenti tiegħu f’Essex il-Ġimgħa filgħaxija.
Intant, b’rabta ma dan il-każ, il-pulizija arrestat żagħżugħ Ingliż ta’ 25 sena. S’issa jidher li ma hemm ħadd aktar involut, madanakollu l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Matul il-jum, bosta esprimew id-diqa tagħhom għall-qtil ta’ dak li ddiskrevewh bħala bniedem ġentlom. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, il-Mexxej Laburist Keir Starmer flimkien ma’ membri parlamentari poġġew fjuri fejn inqatel il-kollega u ħabib tagħhom.
Aqra wkoll: