Il-Pulizija tinsab għaddejja bit-tfittxijiet tagħha, għall-allegat ħalliel li wettaq serqa minn ħanut fi Triq il-Kanun, Santa Venera.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, u ħadd ma weġġa’ waqt din is-serqa.
Il-Pulizija, marret mannufih fuq il-post, u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-persuna, allegatament armata b’sikkina, daħlet fil-ħanut u talbet il-flus lill-kaxxier.
Il-persuna ħarbet minn fuq il-post wara li serqet ammont ta’ flus kontanti.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farruġia Frendo li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.