Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-folla li nġabret fuq il-Fosos it-Tnejn filgħaxija.
Il-folla kienet qed tiċċelebra r-rebħa tal-Kampjonat Premier tal-Furjana.
Il-Pulizija qalet li aġixxiet biex rat li l-folla li nġabret spontanjament ġiet imferrxa tant li l-attività twaqqfet.
Intant, minn nhar il-Ġimgħa sal-ġurnata tal-lum, 19-il persuna nstabu f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi.
Waqt l-ispezzjonijiet li saru tul dawn l-aħħar jiem, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja.
L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli.