Il-Pulizija Ġermaniża sparat u qatlet raġel li pprova jattakka uffiċjali tal-Pulizija b’sikkina fil-belt ta’ Gelsenkirchen.
Ir-raġel beda jsabbat ma’ karozza tal-Pulizija u pprova jattakka uffiċjali li kienu weqfin ħdejn karozza, waqt li kien qed iżomm sikkina wara dahru u rrifjuta li jikkopera mal-Pulizija.
Qabel sparawh lejh, ir-raġel – li huwa Tork – kien imwissi mill-uffiċjali biex jieqaf iżda rrifjuta.
Il-Ġermanja tinsab taħt livell ta’ theddida tat-terroriżmu, wara possibilità ta’ attakki minħabba li l-Istati Uniti qatlu l-ġeneral Iranjan.
Dan l-inċident seħħ sigħat wara li l-Pulizija fi Franza sparat u qatlet raġel li mar fuq l-uffiċjali b’sikkina fil-belt ta’ Metz.
L-uffiċċju tal-prosekutur qal li r-raġel jinsab f’lista ta’ persuni li qed jiġu sorveljati minħabba rabtiet ma’ gruppi militanti.