Il-Pulizija tal-Korea ta’ Isfel qalet kif naqqset milli tikkontrolla l-folla fil-każ ta’ Itaewon – liema inċident ħalla 155 persuna mejta bil-maġġoranza tagħhom kienu żgħażagħ.
Dan hu l-ewwel messaġġ li fih uffiċjali tal-Pulizija ammettew li m’għamlux dak kollu li setgħu biex jipprevjenu milli jseħħ l-inċident.
Spjegaw kif se jkunu qed iwettqu investigazzjoni bi sħiħ.
L-inċident ħalla mija ħamsa u ħamsin persuna mejta u mija u tnejn u ħamsin persuna oħra midruba wara li spiċċaw mgħaffġa f’folla kbira li kien hemm biex jiċċelebraw il-Halloween f’Seoul.