Il-Pulizija fil-Haiti qatlu erba’ suspettati bil-qtil tal-President Jovenel Moïse u arrestaw tnejn oħra.
L-uffiċjali għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet għas-suspettati l-oħra fil-kapitali Port-au-Prince.
Il-President, ta’ tlieta u ħamsin sena, inqatel b’tiri waqt li ġie attakkat f’daru kmieni l-Erbgħa. Martu ndarbet fl-istess attakk.
L-aggressuri daħlu fir-residenza privata tiegħu għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu. Huwa nqatel mill-ewwel filwaqt li martu ttieħdet fi sptar fi Florida fejn tinsab f’qagħda kritika.
Ritratti: EPA
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/07/07/il-president-tal-haiti-maqtul-fdaru/