Il-Pulizija fi New York, qatlet tifel ta’ 13-il sena, li kien qed iġorr f’idu pistola finta.
Nyah Mway, ġie mwaqqaf mill-Pulizija minħabba, li qabel mad-deskrizzjoni ta’ persuna, li kienet qed tiġi mfittxija b’rabta ma’ numru ta’ serqiet.
Kien hawnhekk, li t-tifel ħarab, fejn il-Pulizija marru jiġru warajh u lemħu pistola finta – li ħasbu li kienet pistola.
Uffiċjal niżżel lit-tifel mal-art, filwaqt li ieħor, spara tir f’sider it-tifel.
Huwa ingħata l-ewwel għajnuna, iżda miet aktar tard fl-Isptar.
Aktar tard, il-Pulizija żvelat ukoll il-filmati tal-bodycams, filwaqr li f’konferenza tal-aħbarijiet, li saret dwar dan l-inċident, attendiet ukoll il-familja tal-vittma.