Il-pulizija fi Houston, Texas bdiet bl-investigazzjoni kriminali tagħha dwar l-imwiet f’festival li sar nhar il-Ġimgħa li għadda u li fih kanta r-rapper popolari Travis Scott.
Matulu minn tal-inqas tmien żgħażagħ li kellhom bejn 14 u 27 sena tilfu ħajjithom.
Qed jiġi rrapportat li madwar ukoll li 300 oħra persuna ngħataw il-kura għall-ġrieħi li ġarrbu.
Din l-investigazzjoni se tkun qed titmexxa mill-pulizija mid-diviżjoni tal-omiċidji u ta’ kontra d-drogi.
Il-pulizija qed tinvestiga wkoll allegazzjonijiet li wieħed mill-uffiċjali tas-sigurtà ġie injettat f’għonqu waqt il-qadi ta’ dmiru.