Il-persuni li nġemgħu fuq il-bajja ta’ San Ġorġ tard ilbieraħ filgħaxija tferrxu mill-pulizija fi ftit ħin.
Dan stqarru l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri fuq il-midja soċjali fejn esprima r-rabja tiegħu fid-dawl li nġemgħu ammont ta’ nies fuq il-bajja ta’ San Ġorġ.
Il-Ministru sostna li każ bħal dan xorta waħda m’għandux ixekkel il-ħidma li qed issir minn diversi entitajiet responsabbli mill-infurzar.
Filfatt, ilbieraħ saru mijiet ta’ spezzjonijiet madwar il-pajjiż kollu u ngħataw għexieren ta’ ċitazzjonjiet dwar regoli marbuta mal-Covid-19.
Il-Ministru temm jgħid li l-infurzar issaħħaħ u ser ikompli jissaħħaħ iżda għandna nkunu aħna li ngħinuhom billi nkunu responsabbli.