Fiċ-Ċina ġew arrestati aktar minn 80 suspettati membri ta’ grupp kriminali li kienu qed jipproduċu u jbigħu vaċċin falz tal-COVID-19 anke f’pajjiżi barranin oħrajn.
Il-Pulizija f’Beijing u anke f’provinċji oħra rnexxielhom ikissru dan iċ-ċirku kriminali fejn aktar b’riżultat li aktar minn 3,000 doża ġew kkonfiskati.
Kelliem għall-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ċiniż qal li ċ-Ċina diġà rrappurtat din is-sitwazzjoni lill-pajjiżi kkonċernati.