Kien fit-3 ta’ Jannar li l-Pulizija Christian Agius ġie attakkat waqt li kien pajżan. Minkejja li l-attakk seħħ sitt xhur ilu, Il-Pulizija għadu kemm ġie operat għal darb’oħra u għalhekk għadu qed ibagħti l-konsegwenzi ta’ dan l-attakk.
Angel Attard ta’ 40 sena qed jiġi akkużat b’dan l-attakk. Fil-Qorti fit-3 ta’ Mejju nstemgħet ix-xhieda, li l-akkużat attakka lil Pulizija Christian Aġius, meta għalkemm kien pajżan, kien waqqaf lill-akkużat biex iwissieh dwar sewqan perikoluż. Kawża tal-attakk, il-vittma sofra marki permanenti f’wiċċu u baqa’ nieqes minn sensazzjoni fix-xedaq.
Il-Qorti semgħet ix-xhieda tal-espert Mario Scerri, li spjega kif wara li sarulu l-punti f’wiċċu, il-vittma baqa’ b’marki permanenti fuq wiċċu u fuq moħħu. Apparti minn hekk sofra minn ksur f’imnieħru u f’idu x-xellugija.
Dan ikkonfermah ukoll it-tabib li ħa ħsieb lill-vittma meta ddaħħal l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei. L-akkużat kien ingħata l-libertà proviżorja.