Il-Pulizija Brittanika arrestat żagħżugħ ta’ 21 sena b’rabta maż-żewġ każijiet ta’ ħruq ta’ proprjetajiet privati tal-Prim Ministru Sir Keir Starmer, fit-Tramuntana ta’ Londra.
L-arrest taż-żagħżugħ seħħ wara li lbieraħ kmieni filgħodu, l-entratura tar-residenza privata tal-Prim Ministru Starmer, f’Kentish Town, inħakmet min-nirien.
Il-każ l-ieħor seħħ f’appartamenti li huma ta’ Starmer, viċin Islington, il-Ħadd kmieni filgħodu.
Il-Pulizija qed tinvestiga wkoll ħruq ta’ karozza viċin waħda minn dawn il-proprjetajiet.
Ilbieraħ, il-Prim Ministru Brittaniku rringrazzja lis-servizzi tal-emerġenza tax-xogħol tagħhom.
AQRA AKTAR: