Għall-ħabta ta’ nofsinhar il-Pulizija Belġjana għamlet rejd fil-Parlament Ewropew fi Brussell, li fih wettqet tfittxijiet fl-uffiċċji ta’ żewġ deputati Ewropej li huma akkużati b’korruzzjoni fil-każ Qatargate.
F’dan il-każ, li riegħed din l-istituzzjoni Ewropea, deputati Ewropej qed jiġu akkużati li xxaħħmu mill-Qatar biex jieħdu pożizzjonijiet favuru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-gazzetta Politico rrappurtat li t-Taqsima tar-Relazzjonijiet mal-Istampa tal-Parlament Ewropew irrifjutat li tikkummenta dwar ir-rejds, iżda qalet biss li l-Parlament jikkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet ġudizzjarji.