Pulizija tad-Distrett kif ukoll mid-dipartiment tar-Rapid Intervention Unit wettqu rejd fi stabbiliment f’Buġibba.
Kien għall-ħabta tal-22:00 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Ħarifa f’Buġibba meta numru kbir ta’ Pulizija mid-Distrett u mill-RIU, flimkien mas-sezzjoni tal-klieb, wettqu tfittxija intensiva għal sustanza lleċita fi stabbiliment f’Buġibba.
It-tfittxija saret għal madwar siegħa bil-Pulizija tiċċekja kull rokna tal-istabbiliment kif ukoll fuq kull persuna li kienet preżenti.
Mhux magħruf jekk sarux arresti wara t-tfittxija.