Il-Pulizija qed tinvestiga sejba ta’ katavru ta’ mara li nstab fil-baħar qrib Għar Lapsi, fis-Siġġiewi.
Il-katavru ġie identifikat bħala dak ta’ Josephine Cassar ta’ 51 sena mill-Gżira.
Hija kienet irrapurtata nieqsa s-Sibt, fejn l-aħħar li dehret kien għal ħabta tad-09:30.
Il-katavru ntlemaħ għall-ħabta tat-15:30 tat-Tnejn waranofsinhar u ttella’ l-art permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud, li ħatar diversi esperti, fosthom l-espert forensiku Mario Scerri, biex jgħinuh fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar din is-sejba għadhom għaddejjin.