Tliet irġiel Maltin u Sqalli, li l-età tagħhom tvarja bejn is-26 u l-50 sena, spiċċaw arrestati mill-Pulizija wara li saret sejba ta’ madwar 23 kilo droga.
Il-Pulizija kkonfermat li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienet ilha jiem issegwi lill-persuni li ġew arrestati, u li s-sejba tal-Ħamis filgħaxija saret f’Santa Luċija u fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.
20 kilo f’pakketti suspettata pjanta tal-kannabis instabet f’vann li kienet ipparkjat f’Santa Luċija, filwaqt li nstabu 3 kilo sustanza suspettata eroina waqt spezzjoni li saret f’residenza f’Ħaż-Żebbuġ.
L-arrestati huma żewġ Bormliżi, Żebbuġi, u Sqalli, li qed jinżammu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jgħinu fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. Intant, Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo qed tmexxi l-inkjesta li ġiet appuntat, u ħatret diversi esperti biex jgħinuha.
Mhux eskluż li l-irġiel jitressqu l-Qorti akkużati b’assoċjazzjoni fit-traffikar u pusses aggravat tad-droga, kif ukoll ħasil ta’ flus.