Bħalissa l-Pulizija għaddejja b’operazzjoni fil-Qrendi b’rabta mal-qtil ta’ Bernice Cassar, omm ta’ 40 sena.
Ir-raġel li allegatament qatel lill-mara telaq minn fuq il-post tad-delitt fiż-Żona Industrijali ta’ Kordin bil-karozza tiegħu, u huwa mifhum li ħarab lejn il-Qrendi u jinsab f’daru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija għaddejja b’negozjati mar-raġel sabiex joħroġ mid-dar.
Jidher li fuq il-post hemm ukoll numru ta’ qraba tar-raġel li wkoll qed jikkonvinċuh sabiex joħroġ.
L-operazzjoni qed issir fi Triq il-Kartaġiniżi u fuq il-post hemm numru ta’ membri mid-Dipartiment Ċivili u tim mediku.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.