Żewġ uffiċjali tal-Pulizija fil-Ġermanja nqatlu b’tiri wara li waqqfu karozza bħala eżerċizzju ta’ rutina.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin għall-ħabta tal-4:20 meta l-uffiċjali waqqfu vettura fid-distrett ta’ Kusel f’Rhineland-Palatinate, stat qrib il-fruntieri ta’ Franza.
L-uffiċjali huma raġel ta’ 29 sena u tfajla ta’ 24 sena li ntlaqtu minn tiri u mietu fuq il-post, bit-tfajla kienet għadha studenta.
Bħalissa għaddejja tfittxija għall-aggressuri.