Raġel ta’ 49 sena, indarab gravi wara li narab b’arma li taqta’ u bil-ponta, minn raġel ieħor. Il-vittma sofra ġarrab ġrieħi f’wiċċu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq Nazzarenu, f’Raħal il-Ġdid.
Huwa ttieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u aktar tard ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ u bi tfittxijiet għall-allegat aggressur.