Il-Pulizija għaddejja bi tfittixija għal raġel, wara serqa minn banka tal-lottu f’Birkirkara.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-9:45 fi Triq Dun Filippu Borġ, f’Birkirkara.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta kif raġel li kien mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 61 sena minn Birkirkara.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Fortunatament ħadd ma weġġa’.