Il-Pulizija bħalissa għaddejja bi tfittxija għal raġel li lbieraħ wettaq serqa f’ħanut fi Triq Wesgħet il-Vittmi tal-Gwerra, Ħal Luqa.
Is-serqa saret lbieraħ, għall-ħabta ta’ l-għaxra ta’ filgħaxija.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera; raġel ta’ 38 sena minn Bormla u tfajla ta’ 16-il sena mill-Fgura.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’,
Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.