Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li saret minn ħanut fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Dan il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ dalgħodu.
Fuq il-post marru l-Pulizija u mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li raġel, allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’ u l-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-allegat ħalliel.
Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li fetaħ inkjesta waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.