Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Allan Hartmann-Jensen ta’ 53 sena li kien irrappurtat nieqes lill-Pulizija nhar il-5 ta’ Ġunju 2019. Huwa deher l-aħħar f’Mejju, fl-inħawi tal-Pjazza ta’ Buġibba. Allan għandu għajnejh kannella u xagħru qasir griż fl-abjad.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq 21 224 001 jew 119.