Il-Korp tal-Pulizija sejjaħ Crime Conference għall-4:15pm.
Nifhmu li l-Korp se jagħti dettalji b’rabta mal-qtil ta’ Paulina Maria Dembska u l-iżvilupp li se jkollna fis-sigħat li ġejjin fil-Qorti.
Dan hekk kif nifhmu li s-suspettat Abner Aquilina se jiġi mixli bil-qtil ta’ Dembska, illejla fil-Qorti.
ONE News dalgħodu żvela li Abner Aquilina kien qed jerġa’ jiġi interrogat fid-Depot.
ONE News rrapporta wkoll li għal ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu, Aquilina ġie msejjaħ quddiem il-Pulizija fil-kamra tal-interrogazzjonijiet.
Nifhmu li din kienet l-aħħar interrogazzjoni mill-Pulizija qabel ma tressqu l-Qorti.