Il-Kelliem tal-Pulizija Brandon Pisani appella sabiex il-persuna li tajret ir-raġel ta’ 51 sena miż-Żejtun, bil-kawża li miet fuq il-post, tagħti ruħha b’idejha lill-Pulizija.
Dan hekk kif il-Pulizija kkonfermat l-aħbar ta’ one.com.mt, li dan il-każ huwa wieħed ta’ hit and run.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha, fosthom qed jevalwaw il-kameras tas-sigurtà fil-viċinanzi u kif ukoll il-biċċiet tal-karozza li nstabu, fosthom biċċa mill-bumper u anki parti minn mirja ta’ karozza.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali, immexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia.
Ara wkoll: