Il-Pulizija Awstraljana qed tara kif twaqqaf il-protesta dwar il-Black Lives Matter li se ssir matul tmiem il-ġimgħa li ġej f’Sydney għaliex qed tgħid li din tista’ toħloq riskju għas-saħħa b’rabta mal-coronavirus.
Eluf mistennija li jattendu għal din il-protesta li hija mnebbħa minn dak li qed jiġri fl-Istati Uniti kif ukoll mill-imwiet ta’ persuni indiġeni waqt li jkunu fil-kustodja tal-pulizija fl-Awstralja.
Il-Prim Ministru Awstraljan, Scott Morrison appella lill-pubbliku biex ma jattendix għal din il-protesta filwaqt li sostna li jkun aktar għaqli li jinstab mod ieħor biex jesprimu s-sentimenti dwar il-kwistjoni.