Sidt ta’ appartament baqgħet lampa stampa hekk kif raġel li kien qed jikri l-appartament telaq mingħajr ma qalilha, mingħajr ma ħallas u ħallielha l-appartament mandra. Is-sidt kitbet fuq grupp ta’ Facebook bħala twissija għal sidien ta’ proprjetarji oħra biex joqgħodu b’seba’ mitt għajn jekk javviċinahom raġel mill-Iżlanda liebes pulit, dan hekk kif wara li neħħiha u bblockjaha fuq Facebook marret fl-appartament li kien qed joqgħod fih u sabithu mandra.
Spjegat kif fl-appartament sabet ħafna boroż taż-żibel, bl-arja kkundizzjonata mixgħula, ħmieġ tal-annimali mal-art u anke kontraċettivi wżati madwar id-dar.
Temmet billi wissiet lill-proprjetarji biex jieħdu ħsieb hekk kif ma tixtieqx li l-istess ħaġa tiġri lilhom.