Wara s-suċċess ta’ attendenza li nkiseb f’dawn it-tlett ijiem tal-Public Service Expo24, din l-Expo se tkun miftuħa wkoll fi tmiem il-ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd bejn l-għaxra ta’ filgħodu u l-erbgħa ta’ waranofsinhar.
Fost il-mistednin li se jkunu qed iżuru l-Public Service Expo24 se jkun hemm il-President Dr Myriam Spiteri Debono.
Il-Public Service Expo24 għandha parteċipazzjoni mill-Ministeri kollha fosthom mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b’dipartimenti, direttorati u entitajiet jagħtu s-sehem tagħhom.
L-Expo24 hija pet-friendly u kull min imur, żgur mhux se jitlaq b’idejh vojta hekk kif qed jitqassam merchandise esklussiv li żgur ifakkrek f’din l-esperjenza.
Id-dħul għall-pubbliku huwa bla ħlas min-North Entrance tal-MFCC fejn hemm spazju kbir allokat għall-parkeġġ.
Kull min jixtieq aktar tagħrif għandu jsegwi l-paġni soċjali tas-Servizz Pubbliku.